TRADUZZJONIJIET Malti Spanjol

Aħna ta’ LinguaVox nispeċjalizzaw fi traduzzjonijiet mill-Malti għall-Ispanjol, kif ukoll traduzzjonijiet mill-Ispanjol għall-Malti. Iżda aħna noffru wkoll traduzzjonijiet f’aktar minn 1,500 kombinazzjoni lingwistika differenti, inkluż kombinazzjonijiet ta’ lingwi żgħar.

Jekk tafda t-traduzzjonijiet Malti Spanjol tiegħek f’idejn il-kumpanija tagħna, id-dokumenti tiegħek jiġu tradotti minn traduttur professjonali li jilħaq il-kriterji tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità ISO-9001/EN-15038, u li għandu esperjenza fil-qasam li jitratta d-dokument.

Itlobna stima bla ħlas mingħajr l-ebda obbligu għal traduzzjoni Malti Spanjol.

SERVIZZ TA’ TRADUZZJONI MALTI SPANJOL

  • Aħna noffru wkoll traduzzjonijiet bil-ġurament, uffiċjali, mediċi, farmaċewtiċi, legali, fuq marketing, turiżmu, privattivi, u ta’ web pages, kif ukoll servizz ta’ interpretazzjoni. Għidilna x’tixtieq tittraduċi (web pages, dokumenti, manwali, preżentazzjoni, rapport, privattiva, dokumenti uffiċjali eċċ) u aħna nagħtuk stima mingħajr l-ebda obbligu fi żmien siegħa waqt il-ħin tax-xogħol.
  • It-tradutturi Spanjoli tagħna jittraduċu għal Spanjol Standard jew internazzjonali, u għall-varjanti kollha ta’ l-Ispanjol: Spanjol għal Spanja, Arġentina, Bolivja, Ċile, Kolombja, Kosta Rika, Kuba, Ekwador, El Salvador, Gwatemala, Guinea Ekwatorjali, Ħonduras, Messiku, Nikaragwa, Panama, Paragwaj, Perù, Puerto Rico, Ir-Repubblika Domenikana, Urugwaj u Venezwela.
  • Interpreti Spanjoli: interpretazzjoni ta’ kollegament (sentenza b’sentenza) jew bi skorta, konsekuttiva, chuchotage, simultanja (minn ġo kabina), bil-ġurament (interpretazzjoni legali/fil-qorti waqt proċess, fl-uffiċċju ta’ nutar eċċ) u permezz tat-telefon (telefonati bejn tlieta min-nies), jew permezz ta’ messaġġi istantanji. Ċerti tipi ta’ interpretazzjoni noffruhom biss fi Spanja (Madrid, Barċellona, Valenzja, Bilbao eċċ) u f’ċerti pajjiżi oħra Ewropej (jekk jogħġbok staqsina).
  • Aħna nittraduċu wkoll għal lingwi oħra mitkellma fi Spanja: Bask, Katalan, Galizjan u Valenzjan.